Internazzjonali

Beppe Grillo kkundannat dwar malafama

Il-politiku Beppe Grillo, li jmexxi l-Partit Cinque Stelle (it-tieni l-akbar partit politiku fl-Italja) ingħata sentenza ta’ ħabs għal sena talli mmalafama lil professur tax-xjenza.

Il-Professur Francesco Battaglia qal li spiċċa mhedded u l-karozza tiegħu vandalizzata, wara li Grillo kien ikkritikah għall-fatt li hu appoġġja l-enerġija nukleari. Mhux mistenni li Grillo jiskonta s-sena priġunerija, filwaqt li hemm ukoll il-possibbiltà li jrid iħallas għad-danni ekwivalenti għal 50,000 ewro.

Grillo ssuġġerixxa li n-nies qed jibżgħu li l-partit tiegħu qed javviċina sitwazzjoni fejn ikun elett fil-Gvern, filwaqt li qabbel lilu nnifsu ma’ żewġ personalitajiet storiċi li għamlu żmien il-ħabs – f’dan il-każ l-attivist anti-Faxxista Taljan Sandro Pertini u l-ewwel President iswed tal-Afrika t’Isfel Nelson Mandela.