Fost numru ta’ attivitajiet li l-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza fid-Daħla tal-Belt, biex jitfakkar il-51 anniversarju mill-kisba tal-Indipendenza għal Malta, hemm “Ċelebrazzjoni 135”, li se tfakkar il-135 sena ta’ storja tal-Partit Nazzjonalista.
L-attività se ssir il-Ġimgħa, 18 ta’ Settembru fit-Teatru Rjal. Dwar din, Radio 101 tkellem ma’ Robert Cutajar, li qed jikkordina l-attività. Hu qal li min jattendi għal “Ċelebrazzjoni 135”, żgur li se jkollu xi ftit tan-nostalġija għal min għex l-istorja personalment.
Robert Cutajar żvela li għal din iċ-ċelebrazzjoni se jkun hemm ukoll mistiedna barranin. L-attività, li tibda fit-8pm u se tkun bla ħlas, se tinkludi wkoll animazzjoni minn orkestra live.
Il-kordinatur tal-attività sostna li l-intenzjoni hi li min jattendi jifhem aktar kemm il-Partit Nazzjonalista dejjem ħadem għal nazzjon wieħed.