Futbol Sport

FUTSAL – Pullicino jsejjaħ l-iskwadra

Il-kowċ il-ġdid tal-tim nazzjonali tal-Futsal Peter Pullicino, assistit minn Zejco Ancic sejjaħ l-ewwel skwadra tiegħu għal żewġ partiti ta’ ħbiberija biex tħejji għall-partiti mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Malta se tilgħab fil-Litwanja kontra Franza, l-Albanija u l-Litwanja. Bejn il-25 u t-28 tax-xahar Malta tilgħab partiti ta’ ħbiberija f’San Marino filwaqt li l-partiti ta’ kwalifikazzjoni jkunu bejn it-22 u l-25 ta’ Ottubru.

L-iskwadra Maltija hi: Ruben Grech (Luxol), Matthew Xeren (Lija), Melvin Borg (Valletta), Glen Bonello (Luxol), Karl Azzopardi (Luxol), George Frendo (Ħamrun), Mark Zammit (Luxol), Jovica Milicic (Valletta), Xavier Saliba (Valletta), Gary Inguanez (Lija), Dylan Musu (Valletta), Kurt Bartolo (Lija), Andy Mangion (Ħamrun), Antonello Brincat (Qrendi).