Iċ-Champion Olimpika u tad-Dinja Ruta Meilutyte kienet operata b’urġenza wara li waqgħet minn fuq ir-rota u kisret il-minkeb.
L-għawwiema mil-Litwanja li għandha 18-il sena u tgħix fi Plymouth mistennija tagħmel erba’ ġimgħat barra qabel tkun tista’ tirritorna fl-ilma għal għawm normali.
“M’aħniex daqshekk iddisprati bl-inċident ladarba fadal 40 ġimgħa għall-Olimpjadi,” qal il-kowċ tagħha Jon Rudd.
Meilutyte daħlet fix-xena fl-Olimpjadi ta’ Londra fl-2012 fejn rebħet il-100m breaststroke fl-età ta’ 15-il sena u sena wara rebħet il-midalja tad-deheb fil-kampjonati tad-dinja.
Hija rebħet il-fidda fil-kampjonati tad-dinja tal-2015 f’Kazan u għandha r-rekord tad-dinja fil-50m u l-100m breaststroke.
//= $special ?>

