Il-Ministri tal-Intern tal-Unjoni Ewropea qablu fil-prinċipju dwar pjan biex ikunu rilokati 120,000 immigrant li waslu fl-aħħar jiem fiċ-ċentru tal-Ewropa.
Madankollu, u minkejja l-qbil fil-prinċipju, baqgħu ma qablux kif se jattwaw dan il-pjan.
Il-Ministri kkonfermaw il-pjan li kien miftiehem aktar qabel biex ikunu rilokati 40,000 immigrant li waslu fl-Italja u l-Greċja, u li minnhom Malta se tkun qed tieħu 60 fuq medda ta’ sentejn.
Laqgħa oħra bil-għan li jintlaħaq xi forma ta’ ftehim mistennija ssir fit-8 ta’ Ottubru li ġej, b’bosta Ministri qed jisħqu li dan il-ftehim m’għandux ikun impost fuq il-Pajjiżi Membri.
//= $special ?>