Il-Qorti laqgħet it-talba tal-Arċisqof Mons Charles J Scicluna għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni biex l-Ordni tal-Karmelitani titwaqqaf milli tagħti art fil-Balluta għal skopijiet kummerċjali. Il-Kurja tal-Arċisqof għamlet din it-talba f’Lulju meta sar magħruf li hemm applikazzjoni quddiem il-MEPA biex parti mill-proprjetà tal-Karmelitani fil-Balluta tinbidel f’supermarket.
Kollox jindika li fl-2011 Dun Alexander Vella u Dun Charles Mallia daħlu f’kuntratt privat biex jikru art tal-kunvent lill-iżviluppatur John Cilia – ħu l-persuna li dak iż-żmien kien il-Provinċjal tal-Karmelitani.
It-tmexxija preżenti tal-Karmelitani qed titlob li tiġi irtirata l-konċessjoni mogħtija minħabba li l-ftehim jikser il-kundizzjonijiet stipulati tal-kuntratt oriġinali li kien jgħid li l-art li kienet trasferita lill-Knisja għandha tintuża biss bħala kunvent.
Għaldaqstant il-Qorti laqgħet it-talba tal-Kurja tal-Arċisqof għall-ħruġ ta’ mandat ta’ inibizzjoni biex l-Ordni Karmelitana titwaqqaf milli tagħti din l-art għal skopijiet kummerċjali.
//= $special ?>