Uffiċjali tal-emerġenza fid-distrett ta’ Pelvoux qalu li seba’ xabbaturi tilfu ħajjithom u ieħor jindarab serjament kaġun ta’ valanga fl-istess distrett qalb l-Alpi Franċiżi.
Il-valanga seħħet fuq il-muntanja Dome de Neige des Ecrins, u fost il-vittmi hemm numru ta’ barranin li l-identità tagħhom ma kinitx żvelata.
Jingħad li d-Dome de Neige hi popolari fost id-dilettanti tal-avventuri qalb l-Alpi, b’mod partikulari għaliex tipprovdi rotot ftit jew wisq ‘faċli’ għax-xabbaturi li jridu jaslu sal-quċċata.
Sadanittant, Pierre Besnard, il-prefett tar-reġjun ta’ Hautes-Alpes, qal li l-valanga laqtet tliet gruppi ta’ xabbaturi, u l-iskwadri għall-emerġenza lbieraħ investigaw iz-zona tat-traġedja biex jaċċertaw li m’hemmx aktar vittmi.
//= $special ?>