Il-Whip tal-Gvern u Deputat Laburista Godfrey Farrugia llum kien operat b’suċċess f’Londra għal kanċer aggressiv tal-prostata li qed isofri minnu.
Is-sieħba tad-Deputat Godfrey Farrugia, f’kummenti lill-meida, qalet li t-tobba infurmawha li l-intervent kirurġiku li sar kien wieħed estensiv iżda l-operazzjoni kienet suċċess.
Godfrey Farrugia mistenni joħroġ mill-Isptar nhar il-Ħamis li ġej iżda mbagħad għandu tliet ġimgħat biex jirkupra mill-operazzjoni.
It-Tabib Farrugia ddaħħal fit-teatru tal-operazzjoni fl-4 p.m. għal operazzjoni li kellha tieħu sagħtejn. Aktar kmieni dan ix-xahar it-Tabib Farrugia qal li din kienet se tkun operazzjoni delikata u maġġura iżda hu kien fiduċjuż.
It-Tabib Farrugia jinsab akkumpanjat mis-sieħba tiegħu d-Deputat Laburista Marlene Farrugia.
//= $special ?>