Illum wara nofsinhar Fgura Utd resqu protest b’rabta mal-partita tal-Ħadd li għadda wara li huma tilfu kontra Ħamrun Spartans bl-iskor ta’ 3-1.
Il-protest tressaq b’rabta mal-plejer-kowċ ta’ Ħamrun Spartans Orosco Anonam fejn Fgura qed jallegaw li l-plejer kien sospiż u ma setax jilgħab kontrihom.
Jidher li Orosco Anonam ġie muri r-raba’ karta safra fl-aħħar loghba tal-kampjonat tal-istaġun li għadda bil-flokk ta’ Pietà Hotspurs kontra Tarxien Rainbows, u għalhekk kien ġie sospiż partita.
Minkejja din is-sospensjoni, nhar il-Ħadd Anonam xorta waħda beda mal-ewwel 11 ta’ Ħamrun fil-konfront tal-Ħadd li għadda. Issa jmiss lill-Bord tal-Protesti li jiddeċiedi fis-seduta li jmiss jekk Fgura jingħatawx il-punti fuq il-mejda jew le.
Il-protest tressaq mis-Segretarju ta’ Fgura United Stefan Vella, u jekk jiġi konfermat li Anonam ma kienx eliġġibli għal logħob, Ħamrun u Fgura jirbħu l-punti fuq il-mejda.
//= $special ?>

