Lokali

Aġġornata: Patri Charles Fenech se jittella’ l-Qorti b’arrest

Wara li naqas li jkun preżenti għal seduta biex jixhed dwar allegat abbuż sesswali, id-Dumnikan Fr.Charles Fenech se jittella’ l-Qorti b’arrest. Dan minbarra li kien kundannat 150 ewro fuq disprezz lejn il-istess Qorti.

Fr.Fenech kien imsejjaħ bħala xhud fil-każ ta’ vittmi ta’ abbuż sesswali li qed jappellaw biex l-Imħallef JR Micallef ma jibqax jisma’ l-każ minħabba l-involviemnt tiegħu f’Radju Marija. L-Imħallaf Micallef diġà ħa pożizzjoni dwar din it-talba u qed isostni li hu jħoss li m’għandux jirtira mill-każ sempliċiment għaliex hu l-President ta’ Radju Marija.

Fil-pożizzjoni tagħhom il-vittmi qed jibbażaw it-talba tagħhom fuq il-fatt li Fr.Charles Fenech hu l-fundatur ta’ Radju Marija, l-istess radju li l-Imħallef hu president tiegħu.

Aġġornament: Intant fi żvilupp dwar dan il-każ, jidher li l-avukati kienu qablu li Fr. Charles Fenech ma jittellax jixhed f’dan il-każ minħabba li huwa involut f’każ ieħor. Madankollu jidher li l-avukati ma infurmawx lill-Qorti b’din id-deċiżjoni u għalhekk il-Qorti qalet li Fr. Charles Fenech għandu jittella’ l-Qorti b’arrest.

Fid-dawl ta’ dan, Fr. Charles Fenech mistenni jressaq rikors il-Qorti dwar din id-deċiżjoni tal-Qorti.