Internazzjonali

Ritratt: Kriżi umana li sejra għall-agħar

Ritratt: Roberto Runza

Ġurnalist : Robert Cremona mill-Ungerija

Crew ta’ Net News bħalissa jinsab  l-Ungerija biex jiffilmja dokumentarju li se jkun qed jixxandar fil-ġranet li ġejjin fuq Net Television  dwar il-kriżi tar-refuġjati.

Id-dokumentarju se jinkludi intervisti ma’ refuġjati, filmati esklussivi kif ukoll il-kummenti minn rappreżentanti tal-akbar żewġ partiti Ungeriżi. Il-fotografu Roberto Runza u l-ġurnalist Robert Cremona marru wkoll tul il-fruntiera mas-Serbja fejn hemmhekk ingħalaq għal kollox l-aċċess għall-immigranti. Id-dħul lejn l-Ungerija ngħalaq bil-fence tal-azzar, f’operazzjoni li ġiet konkluża lbieraħ waranofsinhar, u l-ġurnalisti tagħna kien wħud min numru żgħir ta’ ġurnalisti li rnexxielhom jaslu sal-post minn fejn kien qed jgħaddu r-refuġjati li bdew jaqsmu mis-Serbja. Dan ir-ritratt ttieħed fil-kamp tar-refuġjati f’Roszke proprju ftit sigħat biss qabel ingħalqet il-fruntiera.