Is-sewwieq tal-McLaren Fernando Alonso ħeġġeġ lid-diriġenti tat-tim biex għall-istaġun li ġej iżommu lil Jenson Button. Filwaqt li Alonso hu marbut b’kuntratt sal-2016, il-futur ta’ Button għadu inċert u l-McLaren iridu jiddeċiedu jekk iżommuhx jew inkella jagħtu seat lill-eks sewwieq Kevin Magnussen jew lil Stoffel Vandoorne.
Dan l-istaġun Button ma tantx kellu wirjiet tajbin u bħalissa jinsab fit-18-il post tal-klassifika b’sitt punti. “Nemmen li s’issa Button kellu wirjiet tajbin u l-esperjenza li għandu tkun utli għat-tim fl-istaġun li ġej. Nittama li jkun offrut kuntratt ġdid,” qal Alonso. Dan tal-aħħar, li rritorna mal-McLaren qabel beda l-istaġun qiegħed fil-15-il post tal-klassifika bi 11-il punt.
Intant, il-Kap tal-McLaren Eric Boullier qal li t-tim mhux se jċaħħad lil Magnussen milli jiffirma ma’ tim rivali jekk kemm-il darba jiġih iċ-ċans. Fl-istaġun li għadda Magnussen saq flimkien ma’ Button imma bil-wasla ta’ Alonso tilef postu u dan l-istaġun hu sewwieq riserva.
//= $special ?>