Żurrieq se jibdew il-kampjonat tat-Tieni Diviżjoni bi tliet punti mnaqqsa talli l-klabb għandu ammont sostanzjali ta’ ħlas pendenti mal-plejers u l-istaff tekniku. Id-deċiżjoni ttieħdet mill-Bord tal-liċenzji tal-klabbs membri tal-MFA.
Żurrieq kienu applikaw biex jingħataw stat ta’ liċenzja ta’ klabb amateur imma l-applikazzjoni ma kinitx konformi mal-kundizzjonijiet minimi stabbiliti skont ir-regolamenti.
Fil-fatt il-klabb kellu jagħti €17,000 lil ħames plejers u kellu wkoll dejn mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni.
Il-Bord kien wissa lil Żurrieq FC, li diment li ma jippreżentawx l-irċevuti u l-ftehim tal-ħlas sal-31 ta’ Awwissu, kien se jkollhom tliet punti mnaqqsa għal kull kont li jkun fadal jitħallas u li ma jaqbiżx l-€10,000, kif ukoll żewġ punti oħra mnaqqsa għal kull somma oħra ta’ €10,000.
Żurrieq irranġaw id-differenzi li kellhom mad-Dipartiment tat-Taxxi Interni u ppreżentaw l-irċevuti tal-ftehim li laħqu ma’ tlieta mill-plejers u l-kowċ, imma naqsu milli jippreżenta d-dokumenti tal-pagamenti taż-żewġ plejers l-oħra.
Għal din ir-raġuni, il-klabb issa ngħata l-liċenzja ta’ Amateur Status imma se jibda bi tliet punti mnaqqsa fit-Tieni Diviżjoni.
//= $special ?>

