Sport

Denni sospiż kontra Valletta

L-avventura tal-Brażiljan Dennis Dos Santos maċ-Champions Hibernians bdiet fuq nota negattiva meta ġie sospiż żewġ partiti mill-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA talli tkeċċa fil-partita kontra Naxxar Lions fi tmiem il-ġimgħa.

Denni b’hekk issa mhux se jkun disponibbli għad-derby kontra Tarxien Rainbows u se jitlef ukoll il-partita ferm importanti u mistennija kontra l-eks tim tiegħu Valletta.

Mill-Ewwel Diviżjoni, wara l-partiti mill-ewwel ġurnata kien sospiż logħba Mead Mifsud ta’ Pietà Hotspur waqt li fi tmiem l-ewwel round tal-FA Trophy kienu sospiżi logħba Bjorn Dalli ta’ Għaxaq u Paul Parnis ta’ Munxar F.