Wara li tlett kwarti tal-ħaddiema ‘part-time’ jinqelbu fuq kuntratt definit sa’ Jannar, Zammit Lewis ma jagħtix garanzija għall-impjieg tagħhom wara li jiskadi l-kuntratt
M’hemm l-ebda garanzija li l-ħaddiema li nqelbu fuq kuntratt definit sa’ Jannar li ġej jibqgħu jżommu l-impjieg tagħhom wara Jannar.
Il-Ministru tat-Turiżmu Zammit Lews ikkonferma dan f’kummenti lil MaltaRightNow.com, meta dan is-sit irnexxielu jieħu l-kummenti tal-Ministru fi tmiem laqgħa mhux pjanata bejn numru ta’ ħaddiema part-time fl-Air Malta u l-Ministru Zammit Lewis, li hu direttament responsabbli mill-Air Malta.
Il-mod deskritt ‘diskriminatorju’ ta’ kif qed jiġu trattati numru ta’ ħaddiema part-time fl-Air Malta filfatt wassal biex dalgħodu saret laqgħa urġenti bejn dawn il-ħaddiema u l-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis.
Kif ġie żvelat minn MaltaRightNow.com aktar kmieni, il-kwistjoni titratatta deċizjoni li wasslet biex numru ta’ ħaddiema part-time fit-taqsimiet tar-Rampa, ċ-Check-In u d-Despatchers ġew ‘hand-picked’ u nqelbu għal fuq kuntratt part-time indefinit – deċiżjoni li rrabbjat lil ħafna ħaddiema part-time li ma ngħatawx l-istess kundizzjonijiet tax-xogħol għax inqelbu fuq kuntratt definit sa’ Jannar li ġej.
Aqra iktar – Rabja fost il-ħaddiema tal-Air Malta
Id-deċiżjoni wasslet biex dalgħodu, grupp imdaqqas ta’ ħaddiema urtati irħewla lejn Kastilja u wara lejn il-Ministeru tat-Turizmu. MaltaRightNow.com irnexxielu jieħu wkoll il-kummenti tal-Ministru Zammit Lewis hu u dieħel biex jiltaqa’ mal-ħaddiema li kienu diġa’ qed jistennew lill-Ministru ġewwa.
Il-laqgħa bejn il-Ministru Zammit Lewis u l-ħaddiema rrabjati tal-Air Malta bdiet għall-ħabta tal-10.15 ta’ filgħodu u damet aktar minn siegħa.
Fil-ħin li MaltaRightNow.com baqa’ jistenna barra l-bini tal-Ministeru tat-Turizmu, ġew innutati numru ta’ Pulizija li ntbgħatu fil-post biex jassiguraw li ma jinqala’ l-ebda inkwiet, iżda wara direzzjoni minn uffiċjal tal-Ministeru, il-Pulizija ntbgħatu minn fuq il-post.
Fil-kummenti tiegħu ma’ MaltaRightNow.com fi tmiem il-laqgħa urġenti, Zammit Lewis ikkonferma li hemm grupp ta’ ħaddiema li mhux se jitkeċċew u minflok ingħataw kuntratt definit sa’ Jannar li ġej minħabba esiġenzi tal-linja nazzjonali tal-ajru.
Mistoqsi x’se jsir minn dawn il-ħaddiema wara Jannar, il-Ministru Zammit Lewis ma pprovda l-ebda garanzija bil-Ministru Zammit Lewis jikkompara l-ħaddiema tal-Air Malta mal-ħaddiema tiegħu fil-Ministeru tat-Turiżmu u kif dawn tal-aħħar m’għandhom l-ebda garanzija li se jibqgħu bl-impjieg għall-ħames snin li ġejjin.
Zammit Lews qal li mill-ħaddiema li jagħmlu xogħol ta’ ‘ground services’ mal-Air Malta, kien hemm kwart minnhom li nqelbu fuq kuntratt indefinit, filwaqt li t-tlett kwarti l-oħra nqelbu fuq kuntratt definit ta’ erba’ xhur sa’ Jannar 2016.
Ritratt: Ftit mill-ħaddiema li dalgħodu sfurzaw laqgħa urġenti mal-Ministru.
//= $special ?>