Formula 1 Sport

Formula 1 – Ir-Renault se jieqfu jipprovdu l-magni

Ir-Renault mhux se jibqgħu jipprovdu l-magni lil timijiet tal-Formula 1 u se jieqfu mill-aktar fis.
Carlos Ghoson, Chairman tar-Renault u Kap Eżekuttiv, indika wkoll li r-relazzjoni tal-kumpannija mar-Red Bull aktarx li tintemm din is-sena.

Ghoson qal, “Diġà nformajna lill-awtoritajiet tal-Formula 1 u għidnielhom. Tibbażawx fuqna li se nipprovdu l-magni. Spiċċajna.”

Renault jinsabu fi proċess fejn qed jippruvaw jinnegozjaw u jixtru t-tim fallut tal-Lotus.
Madankollu Ghosn qal li xorta hemm possibiltà li l-kumpanija tista’ toħroġ mil-Formula 1.
“Bħalissa qed nanalizzaw il-futur tagħna fid-dettal u ninnegozjaw. Jew noħorġu jew se nkunu qed immexxu t-tim tagħna. Għad m’għandniex deċiżjoni ċara.”

Renault għandhom kuntratt mar-Red Bull sal-2016.

Imma r-Red Bull diġà bdew negozjati u t-tim mistenni juża’ makni Ferrari l-istaġun li ġej wara li naqas milli jilħaq ftehim mal-Mercedes.