In-Nazzjon b’rapport dwar dettalji minn konferenza tal-aħbarijiet mill-Oppożizzjoni dwar kif il-familji Maltin u Għawdxin qed iħallsu nġustament it-taxxa tal-korruzzjoni. Fil-faċċata ritratt ukoll ta’ flash mob li saret fil-Belt Valletta dwar il-festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN.
Times of Malta b’rapport dwar dak li seħħ fil-Parlament Ewropew ilbieraħ, b’dibattitu dwar l-immigrazzjoni u l-kriżi tar-refuġjati, bil-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Migrazzjoni Dimitris Avramopoulos jgħid li l-falliment dwar ir-refuġjati hu falliment tal-idea Ewropea.
The Malta Independent b’rapport dwar il-Malti li spiċċa vittma t’attakk minn barrani f’Paceville b’dan il-ġurnal jagħmel intervista mal-Malti. Il-Malti jgħid li jispera li l-ġerħa f’wiċċu ma taffettwax il-karriera tiegħu fil-futbol.
L-Orizzont ukoll b’storja dwar dak li seħħ f’Paceville fejn barrani fera sitt persuni, b’dan il-ġurnal jippubblika ritratti minn kameras tas-sigurta’ dwar l-inċident.
//= $special ?>