Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil illum żar l-aħħar tħejjijiet fil-Belt Valletta fejn din is-sena il-Partit Nazzjonalista se jtella’ l-festi li jfakkru l-kisba tal-Indipendenza.
Simon Busuttil intlaqa’ mis-Segretarju Generali tal-PN Rosette Thake u mid-Direttur Artistiku tal-festi għal din is-sena. Hu dar l-istands fi Triq Nofsinhar u Pjazza de Vallette li jvarjaw minn artiġjanat, ikel u xorb u informazzjoni.
Il-Kap tal-PN tkellem ukoll ma’ diversi ħaddiema u voluntieri li jinsabu fl-aħħar fażi tal-preparamenti.
Ma jonqosx l-ispettaklu ta’ kull filgħaxija li jittella’ minn Teatru Rjal u d-diskussjoni fi Pjazza de Vallette.
L-Attivitajiet jibdew illejla bil-mixja u l-ġirja tal-Indipendenza minn Fleur de Lys u minn quddiem il-Ġnien tal-Istazzjon f’Birkirkara rispettivament.
//= $special ?>