Rapport ippubblikat fuq il-ġurnal ‘Libya Herald’ qed jirrapporta li l-Prim Ministru Libjan Abdullah Thinni ma tħalliex isiefer lejn Malta meta prova jagħmel dan ilbieraħ filgħodu.
Skont l-istess rapport, il-Prim Ministru Libjan twaqqaf fl-ajruport ta’ Labraq minn uffiċjali tas-sigurta’ li skont sorsi kienu qed jaġixxu fuq ordni ta’ uffiċjali għolja tal-militar Libjan, aktarx il-Ġeneral Khalifa Hafter.
Il-Gvern Libjan ma ħareġ l-ebda stqarrija dwar l-inċident filwaqt li l-istess rapport fuq ‘Libya Herald’ jgħid li uffiċjali f’Malta kkonfermaw li l-Prim Ministru Libjan kellu jżur Malta mill-bieraħ.
//= $special ?>