Sport

MOTOGP – Rossi jgħid li t-titlu għadu mhux mirbuħ

Is-sewwieq tal-Yamaha Valentio Rossi qal li minkejja li fi tmiem il-ġimgħa kabbar il-vantaġġ tiegħu f’ras il-klassifika, it-titlu għadu mhux mirbuħ.

Il-Ħadd Rossi temm fil-ħames post waqt il-Grand Prix ta’ San Marino f’Misano imma l-eqreb rivali tiegħu Jorge Lorenzo spiċċa rtira b’hekk il-vantaġġ li għandu Rossi fuq Lorenzo kiber għal 23 punt u għal tmiem il-kampjonat fadal ħames tlielaq. Ta’ min jinnota li din kienet l-ewwel darba dan l-istaġun li Rossi ma kisibx post fuq il-podju u f’kummenti li ta qal, “Xtaqt li mort aħjar f’San Marino għax kelli għan li nitla’ fuq il-podju f’kull tellieqa imma wara kollox it-titlu aktar importanti minn tellieqa waħda. Fadal ħames GP u nemmen li Lorenzo kapaċi jirbaħ kull tellieqa li fadal filwaqt li Marquez, minkejja li qiegħed it-tielet, xorta waħda jista’ jkun ta’ theddida.”

Min-naħa tiegħu Lorenzo qal li f’dan l-istaġun qed ikun sfortunat imma xorta fiduċjuż li jista’ jwettaq rimonta u jkun inkurunat champion.