Internazzjonali

Elton John vittma ta’ ċajta goffa

Russu magħruf għall-istil taċ-ċajt tiegħu svela kif hu u kollega tiegħu rnexxielhom ‘ibellgħuha’ lill-kantant Elton John li kien irċieva telefonata mingħand il-President tar-Russja, Vladimir Putin, bl-iskop li jiddiskuti miegħu d-drittijiet tal-omosesswali.
Vladimir Krasnov, magħruf bħala ‘Vovan’, ftaħar li Elton John tassew emmen li kien qed jiddiskuti ma’ Putin, u l-kantant spiċċa jfaħħar lill-President Russu wara li qabel, ikkritikalu l-attitudni preġudikata tiegħu.
Dan wara li Elton John talab li jiltaqa’ ma’ Putin minħabba t-trattament tal-omosesswali fir-Russja u wara saħansitra kien ftaħar fuq Twitter li kien ċempillu Putin
Imma l-Kremlin ċaħad ċar u tond li Putin qatt ikkuntattja lill-kanttant waqt li indika li t-telefonata kienet parti mill-pjan ta’ xi ħadd biex iqarraq bin-nies.
Vovan, imbagħad, kellem lill-BBC u lill-gazzetta Russa ‘Komsomolskaya Pravda’ u ammetta li kien involut fiċ-ċajta, flimkien ma’ sieħbu Alexei Stolyarov, magħruf bħala ‘Lexus’.