Realtà li qed jiffaċċjaw il-ħaddiema Maltin, dik li jibżgħu jitkellmu dwar is-sitwazzjoni tax-xogħol li jinsabu fiha, se tkun trattata waqt konferenza organizzata minn Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista.
Dwar din il-konferenza, Maltarightnow tkellem mal-President ta’ Solidarjetà Ħaddiema Ivan Castillo, li tkellem dwar ir-raġunijiet wara l-għażla tat-tema għad-diskussjoni fil-konferenza. Spjega li din se tkun konferenza li fiha se jipparteċipaw esperti fis-suġġett ġejjin mis-settur tax-xogħol u l-ħaddiema.
Ivan Castillo qal li minn din il-konferenza, is-Solidarjetà Ħaddiema se jkun qed jibgħat messaġġ għax quddiem is-sitwazzjoni preżenti tal-ħaddiem Malti, il-Partit Nazzjonalista jemmen li l-kwistjonijiet tal-ħaddiema għandhom jibqgħu prijorità.
Il-kumment tal-President tas-Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista ma dan is-sit.
//= $special ?>