Lokali

FILMAT: L-onestà politika ma tinxtarax mill-politiċi iżda tinkiseb b’politika onestà

Tul is-snin il-Partit Nazzjonalista poġġa l-onesta’ politika bħala pedament li fuqu jfassal il-programmi politiċi tiegħu.

Waqt l-ewwel diskussjoni politika fl-attivitajiet tal-indipendenza fil-Belt, l-onesta u l-mod kif din tkun imwettqa mill-politiċi kienet diskussa fid-dettal b’diversi interventi.

Eril Cutajar sostna li l-onesta hi marbuta mas-sewwa.

Kelliema oħra, Maria Attard, sostniet li l-ambjent kien wieħed mis-suġġetti trattat bi prijorita’ mill-Oppożizzjoni; settur li fih il-Gvern jinsab bla road-map.

Iż-żagħżugħ Wayne Zahra sostna li l-politika hi mibnija wkoll fuq il-politiċi onesti.

Janice Checuti qalet li l-politika tal-Partit Nazzjonalista mhix ibbażata biss fuq il-kisba tal-voti.

Amy Camilleri Zahra torbot ir-rieda tajba u korretta, mal-onesta fil-politika.

Għall-istudent Chris Ellul, il-gvern Laburista mhux onest mal-poplu għax ma żammx kelmtu.

L-imprenditur Ivan Bartolo jemmen fil-valuri ta’ Simon Busuttil bħala politiku onest u integru.

Qbil ħenerali fost il-kelliema kollha….li sostnew li l-onesta politika ma tinxtarax mill-politiċi iżda tinkiseb b’politika onesta mibnija fuq il-ġenwinita u t-trasparenza.