Lokali

FILMAT: Numru ta’ unions jappellaw lill-Gvern biex iraħħas il-kontijiet tal-elettriku

Il-proposta li ressqet il-GRTU lill-Gvern biex il-kontijiet tal-elettriku jonqsu bi 30% sabet l-appoġġ tal-Kamra tal-Kummerċ. Anke’ l-Assoċjazzjoni Maltija ta’ Min Iħaddem, l-MEA, preżentat proposti li jsejjħu għal tnaqqis fil-kontijiet tal-elettriku biex ikunu jirriflettu l-prezzijiet internazzjonali.

Dwar dawn l-appelli min numru dejjem jikber ta’ unions u entitajiet non-governattivi, biex il-Gvern minnufih iraħħas il-kontijiet, dan l-istazzjon tkellem ma’ Paul Abela, il-President tal-GRTU, li kienet l-ewwel entita’ li ppreżentat din il-proposta biex it-tariffi jitnaqqsu bi 30%.

Paul Abela jispjega li t-tnaqqis ta’ 30% fit-tariffi hi ċifra konservattiva – jiġifieri jekk isiru l-kalkoli sew, aktarx ikun jista’ jkun hemm aktar traħħis.

Fil-kummenti ma’ dan is-sit, il-President tal-GRTU jispjega li t-tnaqqis fit-tariffi hu importanti minħabba l-kompetittivita’

Fl-aħħar nett, Paul Abela jisħaq li l-GRTU dejjem ħadmet biex tirrappreżenta l-interessi tal-membri tagħha.

It-tnaqqis fit-tariffi tal-elettriku qed tissemma minn numru dejjem jikber ta’ unions u entitajiet oħra hekk kif f’Ottubru mistenni jkun preżentat il-baġit għas-sena d-dieħla.