Uffiċjal għoli tal-Federazzjoni tal-Futbol tan-Nofsinhar tal-Ażja qal li s-seba’ membri tal-SAFF se jkunu qed jivvutaw għall-Franċiż Michel Platini fl-elezzjoni presidenzjali tas-sena d-dieħla.
Il-kap tal-Konfederazzjoni Ażjatika, x-Sheikh Salman Bin Ebrahim Al Khalifa, diġà appoġġja lil Platini bħala l-kandidat preferut tiegħu għat-tmexxija tal-FIFA fl-elezzjoni ta’ Frar.
Is-Segretarju Ġenerali tas-SAFF Anwarul Huq qal li l-organizzazzjoni tiegħu se tkun qed timxi wara t-tmexxija tal-AFC.
“Il-Kap tal-AFC diġà appoġġja lil Platini. Aħna se nimxu mal-AFC. Finalment il-vot hu xi ħaġa ndividwali imma se mmorru mal-AFC kif dejjem għamilna,” qal l-uffiċjal mill-Bangladesh wara ċ-ċerimonja tal-poloz għad-disa’ edizzjoni tat-Tazza SAFF li se tintlagħab fl-Indja aktar tard din is-sena.
Għal din l-elezzjoni se jerġa’ jikkontesta l-Prinċep tal-Ġordan Ali Bin Al Hussein li tilef l-aħħar elezzjoni ma’ Blatter waqt li l-eks Viċi-President tal-Korea t’Isfel Chung Mong-joon tal-Korea t’Isfel ukoll se jkun kandidat.
Chung akkuża lill-AFC li bagħtet ittri lill-membri tagħha tħeġġiġhom biex jappoġġjaw lil Platini imma l-FIFA ċaħdet dawn l-ilmenti.
//= $special ?>