L-eks plejer ta’ Chelsea li issa qed jilgħab ma’ New York City FC, Frank Lampard skurja l-ewwel gowl tiegħu sa minn meta beda jilgħab fil-Major League Soccer hekk kif għen lit-tim jegħlebu lil Toronto FC 2-0. Sa qabel din il-partita Lampard ma tantx impressjona fl-ewwel erba’ partiti tiegħu fl-MLS imma l-eks internazzjonali Ingliż fetaħ l-iskor wara biss 20 minuta b’xutt fil-baxx. 13-il minuta qabel tmiem il-partita Patrick Mullins issiġilla r-rebħa favur New York b’gowl ieħor. Din ir-rebħa tat ftit nifs lil New York li kienu ġejjin minn tliet telfiet konsekuttivi.
//= $special ?>AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES


