Internazzjonali

L-esperjenza iebsa ta’ familji bit-tfal li qed jaħarbu mill-gwerra

Fl-aħħar jiem Net TV kien fl-Ungerija fejn segwejna l-esperjenza diffiċli li għaddejin minnha r-refuġjati li qed jaqsmu lejn iċ-ċentru tal-Ewropa. Il-maġġoranza tar-refuġjati li tkellmu magħna huma mis-Sirja, l-Iran u l-Afganistan – kollha nies li qed jaħarbu mill-gwerra.

Il-bżonnijiet tul il-fruntiera huma kbar. Fin-naħa Serba hemm eluf li qed jiffaċjaw nuqqas ta’ affarijiet bażiċi bħall-ilma, u postijiet diċenti fejn jorqdu.

Dawn l-esperjenzi kollha se jkunu qed jinġabru f’dokumentarju estensiv li se jixxandar dalwaqt fuq Net TV.

Dan id-dokumentarju sar possibbli grazzi għall-għajnuna ta’ EuroTours.