Grupp ta’ turisti Maltin spiċċaw investigati mill-Pulizija Pollakka għaliex ħasbuhom immigranti illegali.
Dan il-każ stramb seħħ ilbieraħ fil-belt ta’ Jelenia Góra.
Residenti ta’ din il-belt irrapporta li kien hemm grupp suspettuż idur fit-toroq tal-lokal. Kien hawnhekk li id-Deputat Spettur ta’ Góra Edith Bagrowska iddeċidiet li tieħu azzjoni u twaqqaf lil dan il-grupp li kien magħmul minn 12-il persuna.
Wara sar magħruf li r-reazzjoni ta’ dan ir-raġel Pollakk kienet waħda eżaġerata. Dan għaliex il-persuni kienu sempliċiment turisti, li daħlu fil-pajjiż b’mod regolari. “Dawn kienu Maltin, u jinsabu fil-Polonja għal btala”, qalet Bagrowska.
//= $special ?>