Osama Abdul Mohsen, ir-refuġjat Sirjan li tant kien fl-aħbarijiet matul l-aħħar jiem, ingħata mpjieg f’akkademja tal-futbol fil-belt ta’ Getafe fi Spanja.
Mohsen, li fil-passat kien imexxi klabb tal-Premier League fis-Sirja, al-Fotuwa SC, ‘kiseb popolarità’ wara li deher f’filmat jitwaqqà minn ġurnalista waqt li kien qed iġorr lill-ibnu Zaid mal-wasla tiegħu fil-belt ta’ Roszke fl-Ungerija.
L-akkademja CENAFE, issa se toffri lil Mohsen xogħol filwaqt li t-tifel tiegħu, li għad għandu seba’ snin se jingħata l-opportunità li jilgħab ma’ wieħed mit-timijiet tal-lokal. Minbarra dan, il-President tal-akkademja Miguel Angel Galan qal li l-akkademja se tħallas anke l-ispejjeż tal-familja ta’ Mohsen. Il-ġimgħa li għaddiet Spanja aċċettat li tieħu madwar 17,700 persuna mis-Sirja u minn pajjiżi minn fejn qed jaħarbu u dan bħala parti minn pjan li sar mill-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>


