Manchester United ħabbru li rreġistraw rekord ta’ dħul finanzjarju mingħand l-isponsors imma fl-istess waqt ikkonfermaw li kien hemm tnaqqis mid-dħul li jirrigwarda l-gatemoney u mid-drittijiet televiżivi. Dan it-tnaqqis kien mistenni minħabba li staġun ilu dawn ma ħadux sehem fiċ-Champions League. Id-dħul mix-xandiriet tal-partiti tagħhom naqas b’20% filwaqt li dak tal-bejgħ ta’ biljetti naqas b’16.2% imma l-pożizzjoni finanzjarja għada waħda soda grazzi għall-flus li rċivew mingħand l-isponsors. B’kollox Man Utd daħlu 154.9 miljun lira sterlina, jiġifieri żieda ta’ 14.1%. Bla dubju l-aktar kuntratt qawwi kien dak tal-Adidas li għal 10 snin li ġejjin se jħallsu lill-klabb 75 miljun lira sterlina fis-sena.
//= $special ?>Rekord ta’ dħul għal Man Utd
17 ta' Settembru 2015
You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES

