Tressqet riżoluzzjoni fil-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti li titlob in-NU għall-permess biex l-Unjoni Ewropea u pajjiżi individwali jieħdu azzjoni fil-konfront tad-dgħajjes fl-ibħra barra l-Libja li qed jippruvaw jittraffikaw lill-immigranti u r-refuġjati lejn l-Ewropa.
Skont ir-riżoluzzjoni, l-UE u l-istati individwali jistgħu wkoll jaħtfu u jeqirdu d-dgħajjes. Fil-fatt, il-mandat jawtorizza lill-UE u lill-pajjiżi biex jużaw il-miżuri neċessarji kollha (it-terminu li jintuża rigward azzjoni militari) ħalli jikkonfrontaw it-traffikanti tal-immigranti .
Il-vot mistenni għall-ġimgħa d-dieħla.
Riżoluzzjoni għall-użu ta’ forza kontra t-traffikanti tan-nies
