Mal-miljun persuna spiċċaw evakwati wara li terremot qawwi, li rreġistra 8.3 fuq l-Iskala Richter, laqat iċ-ċentru ta’ dan il-pajjiż.
Mietu mill-inqas tmien persuna konsegwenza tat-terremot, u r-residenti ta’ Illapel – qrib l-epiċentru tat-theżżiża – ħarġu fit-toroq imwerwrin, bid-djar taz-zona jirtogħdu.
Sadanittant, mill-baħar tela’ mewġ għoli xi 4.5 metri mal-kosta ta’ Coquimbo, filwaqt li issa, l-awtoritajiet irtiraw allert dwar tsunami li kien effettiv għall-artijiet tal-kosta kollha taċ-Ċilì.
Ir-residenti fiz-zoni qrib il-baħar telqu lejn inħawi aktar fil-għoli biex jaċċertaw mis-sigurtà waqt li n-nies li qed jgħixu fil-bliet fittew l-ispazji kollha disponibbli bħala prekawzjoni. L-awtoritajiet ma tilfux żmien biex iwissu dwar it-tsunami potenzjali ħalli jevitaw sitwazzjoni bħal tal-2010 meta l-entitajiet irreaġixxew bil-mod wisq għal terremot kbir ieħor li kien ħalla qerda kbira fiċ-Ċilì.
Terremot fiċ-Ċili jwassal għal allert dwar tsunami
