Il-Pulizija f’Berlin qalet li r-raġel li nhar il-Ħamis filgħaxija pprova jħebb għall-pulizija b’sikkina kien mill-Iraq u meqjus militant tal-Al-Qaeda.
Rafik Yousef inqatel wara li ssejjħġu l-Pulizija wara li ebda jhedded in-nies fit-triq b’sikkina. Hekk kif waslu l-Pulizija hu ħebb għal Pulizija mara u darabha qabel ma nqatel minn kollega tal-Pulizija.
Sadattant fl-Olanda l-Pulizija arrestaw raġel li qafel lilu nnifsu ġewwa l-kamra tal-banju tal-ferrovija li tivjaġġa lejn Pariġi. L-istess waħda li fuqha x-xahar li għadda kien imxejjen attentat terroristiku.
Ir-raġel kien arrestat hekk kif il-ferrovija waqfet fl-istazzjon ta’ Rotterdam, il-passiġġieri kienu evakwati u fil-pront telgħu l-Pulizija biex jagħmlu l-arrest.
//= $special ?>