Wara l-aħbar li l-Kardjologu Albert Fenech kien se jitwaqqaf milli jkompli jopera, illum Albert Fenech għamel l-aħħar operazzjoni wara snin twal ta’ servizz fl-isptarijiet ġenerali Maltin.
Kien Albert Fenech stess li madwar 20 sena ilu kien fost dawk li waqqfu d-Dipartiment tal-Kardjologija u fl-aħħar sigħat kien kwotat jgħid li qatt m’għaddielu moħħu li x-xogħol tiegħu kien se jispiċċa b’dan il-mod – hekk kif madwar xahar ilu ġie nfurmat miċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija Robert Xuereb li hemm bżonn aktar is-servizzi tieghu.
Aħbar ħasdet lil ħafna tant li fi ftit sigħat minn meta ħarġet l-aħbar, mijiet kbar ta’ Maltin ingħaqdu f’paġna li twaqqfet il-paġna fuq Facebook “Turija ta’ sapport ma’ Profs Albert Fenech. Inħallu l-professjonisti jaħdmu.”
F’din il-paġna ssieħbu aktar minn 2,500 persuna, bin-numri jiżdiedu kull siegħa.
Dan apparti kummenti li saru waqt il-programm il-Linja Lilek, ta’ persuni li esprimew diżappunt għall-aħbar li l-Professur Albert Fenech kellu jopera llum għall-aħħar darba.
Oħrajn ddeskrivew il-karattru tal-Professur, li matul il-karriera tiegħu, u minkejja li hu Deputat Nazzjonalista, qatt ma kien iħares lejn il-kulur politiku, b’persuna oħra tirreferi għall-istil uniku tal-Professur Fenech… dik li jdoqq il-mużika waqt l-operazzjonijiet biex il-pazjent ikun jista’ jirrilassa.
Filwaqt li llum opera għall-aħħar darba, il-Professur Albert Fenech kien anke’ kwotat jgħid li ma tħalliex jopera imqar darba fil-ġimgħa – għad-diżappunt ta’ pazjenti u membri tal-pubbliku li esprimew diżappunt għal din id-deċiżjoni.
//= $special ?>