Internazzjonali

Il-Kroazja wkoll tħoss il-piż tal-immigranti

epa04936557 A Croatian policeman tries to hold back migrants climbing onto a train for Zagreb at the train station in Beli Manastir, Croatia, 18 September 2015. More and more migrants arrive in Croatia on alternative routes to enter the European Union. Serbia's border with Croatia has become the latest flashpoint in Europe's refugee crisis as migrants sought alternative routes to Western Europe after Hungary slammed its doors shut. Hungary on 15 September sealed the last gap in the barricade along its border with Serbia, closing the passage to thousands of refugees and migrants still waiting on the other side and some groups decided to pass over Croatia. EPA/ANTONIO BAT EPA/ANTONIO BAT

Issa l-Kroazja wkoll qalet li ma tiflaħx għall-piż tal-immigranti li qed jaqsmu l-fruntiera tagħha bl-iskop li jmorru lejn pajjiżi oħra tal-Unjoni Ewropea.
Dan wara li eluf kbar ta’ immigranti din il-ġimgħa ma komplewx jaqsmu l-fruntiera Serba mal-Ungerija u minflok bdew imorru lejn dik mal-Kroazja. Dan seħħ minħabba li fil-bidu tal-ġimgħa, l-Ungerija temmet il-bini ta’ ħajt mal-fruntiera Serba u bdiet tarresta lil kull min jaqsam bla permess.
Hu stmat li din il-ġimgħa daħlu fil-Kroazja mal-14,000 immigrant. Il-Prim Ministru Kroat Zoran Milanovic qal li filwaqt li pajjiżu ma kienx se jagħlaq għalkollox il-fruntieri, ma riedx li l-pajjiż jispiċċa kalamita għall-immigranti. Hu qal li l-Kroazja f’dawn il-ġranet kienet uriet li kellha qalb imma qal li hu ried ifakkar kemm lill-pajjiżi ġirien kif ukoll lill-Unjoni Ewropa li l-Kroazja kellha moħħ ukoll u kienet taf fejn kienu l-interess u s-sigurtà tal-pajjiż.
Mijiet ta’ immigranti li qasmu l-fruntiera Kroata kienu qed jinġarru lura lejn il-fruntiera mal-Ungerija. Fuq in-naħa Ungeriża mbagħad hemm preżenza qawwija tal-forzi tas-sigurtà Ungeriżi.
Il-Kroazja, bħala reazzjoni għal din il-kriżi, għalqet sebgħa minn tmien inħawi ta’ qsim ta’ fruntiera mas-Serbja biex tipprova tikkontrolla xi ftit is-sitwazzjoni.
Beda jbaqbaq l-inkwiet mas-Slovenja wkoll wara li dan il-pajjiż beda jintuża wkoll bħala rotta mill-immigranti biex jilħqu l-pajjiżi sinjuri tal-Unjoni Ewropea. Dan wara li l-awtoritajiet Sloveni ħadu lura numru ta’ immigranti lejn il-fruntiera Kroata.
Issa l-Ungerija bdiet tibni ħajt tul il-fruntiera mal-Kroazja wkoll, wara li temmet il-bini ta’ wieħed mal-fruntiera Serba, u se tagħmel l-istess tul dik mar-Rumanija.