Lokali Qorti

Ma kienx instigat minn xi argument

Mill-Qorti jkompli jiżviluppa l-każ tal-Libjan li f’Paceville fera sitt persuni, fosthom Malti u żewġ barranin ohra li jinsabu fil-periklu tal-mewt.

Dan hekk kif fil-Qorti, il-Libjan ta’ 22 sena, Ehab Zorgani, wieġeb mhux hati t’attentat ta’ qtil u li pprova jferi gravi lil żewġ barranin li kienu fost is-sitt vittmi. Hu qed ikun akkużat ukoll li weġġa’ gravi erba’ persuni oħra.

Intant fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni qalet li mhux veru li l-agir tal-Libjan kien kawza ta’ xi argument li kien żviluppa qabel. Fost ix-xhieda kien hemm ukoll Richard Galea, il-Malti li sofra ġriehi f’wiċċu. Xehdet ukoll l-għarusa tiegħu, li l-għada tal-attakk kienet tkellmet b’mod esklussiv ma’ Net News dwar dan l-inċident.