Lokali

Pressjoni għal qbil fuq rapport tal-UE dwar l-immigrazzjoni

L-UE hija deċiża li tfassal politika ċara dwar l-immigrazzjoni, li tkun maqbula mill-gruppi politiċi kollha fil-Parlament Ewropew. F’diskussjoni dwar l-immigrazzjoni li saret fil-Belt Valletta bħala parti mill-festi tal-Indipendenza, l-Ewroparlamentari Nazzjonalista Roberta Metsola qalet li hija fiduċjuza li għandu jintlaħaq qbil dwar dan ir-rapport li bhalissa qed jitħejja minnha.

Kien madwar sena ilu meta l-Partit Popolari Ewropew għaraf kemm kienet se tkun kbira il-krizi tal-immigrazzjoni. U ghalhekk, Metsola intghazel biex tħejji rapport u jinstab qbil fil-Parlament Ewropew fuq din it-tema.

Waqt l-istess diskussjoni fil-Belt Valletta, Roberta Metsola sostniet li din ta’ bħalissa hija l-akbar kriżi umana mit-Tieni Gwerra Dinjija ‘l hawn. Hi qalet illi din hi sfida globali, li għandha bżonn rispons globali.

L-MEP Nazzjonalista spjegat x’qed isir fuq livell Ewropew biex din il-problema tiġi indirizzata, u kif ir-responsabbilta’ għandha tinqasam bejn il-membri kollha tal-UE.

Roberta Metsola irrimarkat illi meta nitkellmu dwar din it-tema hemm bżonn inżommu bilanċ – ma nistgħux nieħdu pożizzjonijiet estremi. “Aħna iridu ngħinu lil min għandu bżonn il-protezzjoni”, spjegat l-MEP Nazzjonalista.

Id-Deputat Tonio Fenech li ħa sehem ukoll f’din id-diskussjoni organizzata mill-PN, tkellem dwar id-disperament li ghaddejin minnu dawn ir-refugjati li bhalissa qed jaqsmu lejn ic-centru tal-Ewropa.

Fi kliem Tonio Fenech il-komunita’ internazzjonali trid tindirizza l-instabbilta’ politika li hemm f’pajjizi bhal-Libja, u l-element estremista tal-ISIS fis-Sirja. U huwa ghalhekk li l-pajjizi internazzjonali jridu ipoggu bilqgheda malajr u jiftehmu fuq rimedju urġenti, sostna Tonio Fenech. Apparti dan, hemm bżonn li tintwera aktar solidarjeta’ u jinqasam il-piż ta’ din il-kriżi.

Tkellem ukoll id-Deputat Joe Cassar illi fl-intervent tiegħu spjega kif dan il-fenomenu tal-immigrazzjoni ilu maghna snin twal. Izda bhalissa qed nesperjezaw ir-rizultat tal-kaos li qed jirrenja f’pajjizi bhal-Libja u s-Sirja.

Joe Cassar irrefera anke ghall-problemi li hemm fil-pajjizi tas-Sub-Sahara, il-faqar li ghadu jirrenja fl-Afrika u l-fenomenu tas-sitwazzjoni xejn sabiha fl-Iraq.

Mark Micallef, mill-organizzazjoni Migrant Report, spjega li bħalissa qed nesperjenzaw massa ta’ immigrazzjoni. Skont Micallef, li qed naraw bħalissa fl-Ungerija għadu biss il-bidu ta’ ċiklu, u għalhekk Migrant Report se tkun qed taħdem fuq mezzi kif għandha tiġi indirizzata din il-kriżi, sabiex jiġi stabbilit eżatt minn fejn ġejjin dawn ir-refuġjati u għaliex iċċaqalqu minn pajjiżhom.

Diskussjoni Roberta Metsola-0698