Rosette Thake tat merħba lill-kandidati ġodda li laqgħu l-invit biex ikunu knaiddati tal-PN fl-elezzjoni Ġenerali.
Hi qalet il-pajjiż hu bżonn il-PN għaliex hu importanti għad-demokrazija. Il-PN hu għażla oħra li l-poplu jista’ jagħmel. Aktar minn hekk iżda it-tweġiba hi li l-pajjiż għandu bżonn il-PN għaliex il-Gvern Laburista qed jagħmel li jrid u jħalli kollox għaddej bi skandlu wara ieħor jum wara jum.
Il-PN irid jersaq quddiem il-poplu b’direzzjoni ċara taħt it-tmexxija tal-Kap Simon Busuttil billi jkun alternattiva onesta.
Rosette Thake qalet li hu bix-xieraq li ċ-ċelebrazzjonijiet qed isiru fil-Belt Valletta, belt li hi mimlija wirt kulturali. Il-poplu fehem li qed ikollu l-opportunita’ jiltaqa’ madwar monumenti importanti għad-demokrazija.
Is-Segretarju Ġenerali rringrazzjat lill-ħaddiema kollha li jaħdmu għall-PN kif ukoll lill-ħaddiema tal-media tal-PN.
Hi rriferiet għal laqgħa li saret mal-kandidati ġodda u qalet li ħassitha sodisfatta bil-ħeġġa tagħhom li jkunu lesti li jiltaqgħu u jservu lin-nies.
Rosette Thake qalet li fix-xhur li ilha taħdem bħala Segretarju Ġenerali rat lill-Kap jaħdem b’ħeġġa biex jagħti lill-pajjiż u lill-poplu dak jixraqlu, jiġifieri politika onesta’.
//= $special ?>