Lokali

Solidarjeta’ minn Malta

SOS Malta nidiet kampanja sabiex jinġabru fondi għall-persuni li jinsabu bla saqaf tul il-fruntiera mas-Serbja.

Bħalissa, huwa stmat li hemm 4 miljun refuġjat li qed ifittxu ażil f’xi pajjiż Ewropew. Ħafna minn dawn ir-refuġjati ħarbu minn pajjiżhom minħabba gwerrer jew kunflitti ohrajn.

Fi stqarrija, SOS Malta qalet li l-valuri tagħna bħala Maltin jixprunawna li ngħinu lill-ommijiet, il-missirijiet u t-tfal li qed jitolbu assistenza.

SOS Malta se tkun qed tiġbor ikel, prodotti tal-iġene u sleeping bags ghal dawn ir-refugjati.

F’din l-inizjattiva ta’ SOS Malta qed jippartecipaw ukoll Kunsillieri mit-tliet partiti politici, kif ukoll diversi nies fis-settur tan-negozju.

Id-donazzjonijiet qed jinġabru fuq tliet kontijiet bankarji separati. Donazzjonijiet anke bl-SMS jew fuq is-sit elettroniku sosmalta.org