Dan ix-xahar, il-magazin Malta Missjunarja jagħlaq 83 sena mill-ewwel pubblikazzjoni.
Kien eżattament f’Settembru tal-1932 li kienet ippubblikata l-ewwel edizzjoni ta’ din ir-rivista maħruġa mill-Uffiċċju Missjunarju li llum hu magħruf bħala MISSIO Malta.
L-ewwel ħarġa, fost affarijiet oħra kienet tinkludi l-editorjal, digriet tal-Arċisqof Dom Mauro Caruana, messaġġi u barka lir-rivista l-ġdida mill-Arċisqof Caruana u mill-Isqof t’Għawdex Mons. Mikiel Gonzi, l-Opri Missjunarji Pontifiċji, artikli u aħbarijiet mid-dinja missjunarja u anke paġna għat-tfal fost ohrajn.
F’Novembru tal-1978 inbidel l-isem għall-“Knisja Missjunarja” sakemm fi Frar tal-2003 ingħatat l-isem mill-ġdid “Malta Missjunarja” u bdiet tkun ippubblikata parti bil-kulur. F’għeluq il-75 sena mill-ewwel ħarġa, f’Settembru tal-2007 r-rivista bdiet tiġi ppubblikata bil-paġni kollha bil-kulur.
Bħala magazin, ikun ippublikat kull xahar u bejn Ottubru u Mejju jitqassam anke fl-iskejjel.
//= $special ?>