IL-ĠURNALI S-SIBT 19 TA’ SETTEMBRU 2015
IN-NAZZJON illum fil-faċċata tirraporta d-diskors tal-bieraħ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt l-attivitajiet tal-Indipendenza li qegħdin isiru fil-belt Valletta. In-Nazzjon tirraporta kif Simon Busuttil saħaq li l-għażla għandha tkun għall-PN għax il-pajjiż jistħoqqlu aħjar. Fil-faċċata nsibu referenza wkoll għal storja li tinstab fil-paġni ta’ ġewwa dwar attakk minn membri tal-ISIS fi Tripli li ġie mxejjen.
L-ORIZZONT fil-faċċata tagħha titkellem dwar każ fil-Qorti fejn Maltija ġiet mixlija li sakkret mara b’diżabbilta’ intelletwali f’kamra għal 17-il siegħa kuljum fuq disa’ snin flimkien ma’ żewġt iklieb u barmil. Storja li nsibuha wkoll fil-faċċata ta’ THE TIMES OF MALTA. Minn naħa tagħha L-Orizzont titkellem ukoll dwar il-każ tal-Libjan f’Paceville ftit tal-jiem ilu u tgħid li l-Libjan ma’ kien jaf lil ħadd minn nies li fera. The Times of Malta minn naħa l-oħra titkellem dwar kif f’Għawdex hemm rata għola ta’ gradwati.
THE MALTA INDEPENDENT titkellem dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni fejn tirraporta diskorsi tal-MEP Nazzjonalista Roberta Metsola u l-MEP Laburista Miriam Dalli. Fi storja oħra The Malta Independent titkellem dwar il-grupp fuq Facebook li ġie mwaqqaf bħala turija ta’ sapport lejn il-Kardjologu l-Professur Albert Fenech.
//= $special ?>