Il-pulizija qegħda tfittex vettura, aktarx tat-tip Mercedes, li l-bieraħ filgħaxija kienet involuta f’każ ta’ hit and run.
L-inċident seħħ il-bieraħ fi Triq ix-Xatt fl-Imsida għal ħabta tal-ħdax u għaxra ta’ filgħaxija meta tfajla ta’ tmintax il-sena li kienet mal-ġenb tat-triq intlaqtet mill-karozza u sfat feruta gravi.
Ħabib tat-tfajla li ra l-inċident ħa nota tan-numru ta’ reġistrazzjoni tal-vettura liema numru issa ġie mgħoddi lil pulizija.
//= $special ?>