Ir-riċerka u l-innovazzjoni flimkien mal-appoġġ li għandu jagħti l-gvern lill-intrapriżi biex dawn iwettqu l-proġetti ġodda tagħhom għandu jkun prijorità għall-kumpaniji Maltin, partikolarment dawk żgħar u medji.
Dan irriżulta minn diskussjoni pubblika li saret illum fil-Belt bħala parti mill-festi tal-Indipendenza. Fid-diksussjoni, bit-tema ‘Ir-riċerka u l-innovazzjoni: is-sigriet għal suċċess fin-negozji’, ħadu sehem l-Ewroparlamentari u Shadow Minister għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni Bikrija u Obbligatorja, George Pullicino, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Investiment tal-Gvern Ċensu Galea, il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għan-Negozji ż-Żgħar, Manifattura, Kummerċ, Self-Employed u Koperattivi Robert Arrigo u l-Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar dwar il-Kompetittività u t-Tkabbir Ekonomiku Kristy Debono.
L-Ewroparlamentari Therese Comodini Cachia tkellmet dwar l-importanza ta’ pjan kif il-kumpaniji Maltin ikunu jistgħu jibbenefikaw minn fondi tal-UE għar-riċerka u l-innovazzjoni. Hi spjegat il-mod kif dawn il-fondi huma vitali biex il-kumpaniji żgħar u medji li jkunu se jiftħu negozju jkunu jistgħu jgħelbu l-problemi tar-riskju finanzjarjuu. F’dan kellu jeħtieġ ukoll li dawn n-negozji jsibu l-appoġġ tal-gvern permezz ta’ fondi.
L-Ewroparlamentari Comodini Cachia qalet li Malta m’għandu jkollha l-ebda limitazzjoni fis-settur diġitali għaliex il-Maltin għandhom il-ħiliet neċessarji. Hi qalet li l-gvern hu obbligat li jipprovdi l-infrastruttura neċessarja biex il-kmpaniji Maltin ikunu f’pożizzjoni li jibbenefikaw minn dawn l-opportunitajiet.
Id-deputat Nazzjonalista u Kelliem tal-Oppożizzjoni dwar l-Edukazzjoni George Pullicino qal li r-riċerka u l-innovazzjoni jibdew jidhru fil-bniedem minn età sa ħames snin u għalhekk is-sistema edukattvia għandha tkun strutturata b’mod li dawn it-tfal ikunu jistgħu jimirħu fil-kapaċitajiet tagħhom.
Hu sostna li s-sistema edukattiva hi riġida wisq għal dawn l-opportunitajiet. George Pullicino qal li Malta m’għandhiex tattira investiment billi tnaqqas il-kwalità tal-livelli tagħha iżda għandha tattira investiment għaliex l-operaturi għandu jkollhom fiduċja fir-regolamentazzjoni introdotta.
Hu ġab l-eżempju tal-proġett tal-università tal-Ġordan fiż-Żonqor u qal li f’dan il-proġett il-gvern se jkun qed inaqqs il-livelli tal-edukazzjoni biex jattira investiment.
Id-Deputat Nazzjonalista Ċensu Galea qal li l-mod kif il-kumpaniji qed ikunu jafu minn qabel li l-proċesss ta’ offerti jsir għalxejn għaliex il-kumpaniji jkunu magħżula minn qabel qed ixekkel il-kompetttivita u joħloq ambjent negattiv fost til-komunità kummerċjali. Din il-mentalità qed tkisser ukoll il-kwalità tal-prodotti, sostna Ċensu Galea, li kompla li quddiem din is-sitwazjoni l-gvern m’hux jagħmel xejn biex ibiddel il-mentalità.
Ċensu Galea semma l-investiment li l-Gvern Nazzjonalista kien għamel fl-MCAST u sostna li dan kien eżempju ċar ta’ kif għandu jsir l-investiment fil-kapaċitajiet tal-istudenti u ż-żgħażagħ Maltin.
Id-Deputat Nazzjonalista Robert Arrigo tkellem dwar l-importanza li l-kumpaniji jkunu qed joperaw kolha f’qafas bla diskriminazzjoni. Hu semma l-mod kif il-kumpaniji u l-familji qed ikollhom iħallsu prezzijiet ferm għolja għall-fuel. Dan qed ikollu effetti negattivi fuq l-ekonomija Maltija u fuq il-possibbiltà ta’ tkabbir ekonomiku.
Robert Arrigo sostna li l-banek Maltitn għandhom joffru l-istess aċċess kemm għall-investituri Maltin kif ukoll għal dawk barranin. Hu qal li l-uniku proġett li qed jaħdem fuqu l-Gvern Laburista hu dak tal-bejgħ tal-passaporti Maltin. Jidher li għal dan il-proġett il-Prim Ministru Joseph Muscat qed imur personalment f’pajjiżi barranin ibiegħ il-passaporti.
Id-Deputat Nazzjonalista Kristy Debono tkellmet dwar l-mod kif il-kumpaniji Maltin għandhom jifhmu li l-innovazzjoni hi s-sigriet biex jirnexxielhom ibigħu l-prodotti tagħhom, partikolarment barra minn Malta. Kristy Debono qalet li l-akbar għadu tal-komeptittività hi l-burokrazija. Filwaqt li tkellmet favur il-ħolqien ta’ one stop shop għan-negozji żgħar u mejdi, Kristy Debono qalet li l-gvern għandu jsaħħaħ l-investiment tiegħu fir-riċerka u fl-edukazzjoni.
Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono semiet id-diversi setturi li gvern Nazzjonalista u qalet li dawn is-setturi joħolqu impjieg għal eluf ta’ familji Maltin u Għwdxin. Kuntrarjament għal dan, f’dawn is-sentejn u nofs il-gvern Laburista għadu ma attira l-ebda investiment ġdid lejn il-pajjiż. Kristy Debono tkellmet ukoll dwar l-importanza li l-banek Maltin jibqggħu b’saħħithom fil-livelli ta’ kredibbiltà għaliex dan hu fattur ewlieni biex lejn il-pajjiż ikun attirat investiment barrani.
//= $special ?>