Il-gvern Sirjan ta’ Bashar Al Assad nieda kampanja ta’ attakki feroċi kontra l-militanti tal-Istat Iżlamiku fil-belt ta’ Palmyra. 25 attakk li s’issa ħallew madwar 26 ruħ mejta inkluż 12 il-militant. Il-qawwiet Sirjani wettqu attakki wkoll f’Idlib fejn inqatlu 17 il-ruħ f’din il-belt li tinstab taħt il-kontroll ta’ militanti Iżlamiċi.
Osservaturi internazzjonali saħqu li s-Sirja kienet qegħda tuża teknoloġija ġdida li tagħmel l-attakki tagħha ferm aktar preċiżi. Teknoloġija li qegħda tingħata lis-Sirja mill-allejat tagħha r-Russja.
L-attakki tal-gvern Sirjan bl-użu ta’ teknoloġija Russa wasslu wkoll għal aktar tensjoni bejn ir-Russja u l-Istati Uniti bil-Ministri tad-Difiża taż-żewġ pajjiżi jitkellmu f’telefonata bejniethom.
F’kemm ilha okkupata l-belt ta’ Palymra rat il-militanti tal-ISIS jisplodu żewġ tempji u siti storiċi oħra meqjusa bħala wirt dinji f’dak li ġie deskritt mill-UNESCO bħala rejat tal-gwerra.
//= $special ?>