Koppja Maltija-Olandiża, Terrie Visser u r-raġel tagħha, li jgħixu l-Olanda il-Ħamis li għaddha għamlu il-mitt titjira tagħhom mill-kapitali Olandiża Amsterdam permezz ta’ l-Air Malta. Il-familja Visser ilhom jżuru Malta mill-ajruport ta’ Schiphol f’Amsterdam għal dawn l-aħħar 33 sena u iż-żjara ta’ din il-ġimgħa kienet ir-4 waħda din is-sena.
L-Air Malta tgħat sorpriża lill-koppja meta mat-tluq tat-tijira KM 397 minn Amsterdam il-biljetti tagħhom ġew mtejba għal livell Business Class filwaqt li mal-wasla tagħhom f’Malta ġew milqugħa minn uffiċjali tal-kumpanija.
Fi stqarrija l-Air Malta awgurat lil familja Visser żjara mill-isbaħ filwaqt li qalet li tinstab ħerqana li terġa tilqagħhom fuq titjira fil-futur qarib.
//= $special ?>