Kien ikun tajjeb kieku l-Gvern, apparti ċ-ċaħda, ippubblika d-dokumentazzjoni kollha li għandu dwar l-arranġamenti li wasal għalihom mal-Gvern Taljan. Hekk saħaq fi stqarrija id-Deputat Chairperson tal-Alternattiva Demokratika Carmel Cacopardo b’rabta maċ-ċaħda tal-Gvern malti għar-rapport fil-gazzetta Taljana Il Giornali dwar ftehim sigriet bejn Malta u l-Italja li permezz tiegħu sar tpartit bejn it-tiftix għall-immigranti u d-dritt għat-tiftix għaż-żejt.
L-istqarrija tkompli tgħid li ċ-ċaħda ftit li xejn ser issolvi. Dan għax hu ovvju li xi tip ta’ ftehim hemm. Anke jekk hu ftehim li hu biss wieħed ibbażat fuq il-ħbiberija bejn Malta u l-Italja.
Is-sejħa li Alternattiva Demokratika tagħmel lil Gvern, ikkonkluda Carmel Cacopardo hi waħda: poġġi l-karti kollha fuq il-mejda, illum qabel għada. Kun trasparenti.
//= $special ?>