F’dawn l-aħħar snin rajna diversi programmi dwar it-tisjir u d-dekorazzjoni ta’ kejkijiet u ħelu ieħor u ammirajna it-talent tal-protagonisti.
Fost l-aqwa talenti li hemm f’dan is-settur fir-Renju Unit bħalissa hemm pastry chef Malti. Chris Zammit, li għandu 35 sena, hu wieħed minn seba’ finalisti minn madwar ir-Renju Unit li fil-jiem li ġejjin se jikkompetu fil-UK Pastry Open f’Londra, kompetizzjoni nazzjonali miftuħa għall-aqwa pastry chefs fil-pajjiż.
Ir-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni jirrappreżenta lir-Renju Unit fil-kampjonati mondjali li se jsiru f’Lyon fl-2017.
Chris Zammit beda l-karriera tiegħu f’lukandi ewlenin hawn Malta wara li temm b’suċċess l-istudji tiegħu fl-Istitut għall-Istudji Turistiċi. Hu ilu jgħix fir-Renju Unit għal dawn l-aħħar disa’ snin u matul dan iż-żmien, kiseb diversi suċċessi li huma rikonoxximent għat-talent kbir li għandu dan il-pastry chef.
Fil-fatt, sa minn meta beda jikkompeti lura fl-1997, Chris rebaħ iktar 35 rikonoxximent, bl-aħħar 15 ikunu kollha midalji tad-deheb.
Xogħlijiet oħra li bihom Chris kien ingħata rikonoxximent kienu ta’ figura Indjana riekeb żiemel, ġellied Samurai u Cowboy tar-Rodeo jissielet ma’ barri.
Chris Zammit jikkompeti wkoll fil-kategoriji taċ-ċikkulata b’dawn iż-żewġ skulturi ta’ arranġament ta’ fjuri u l-karattru Pinocchio ikunu fost l-aħħar ħolqien tiegħu.
//= $special ?>