Il-kumpanija Yellow, Discover Local, qed tħejji għad-distribuzzjoni annwali tad-direttorju stampat tagħha u għall-kampanja ta’ riċiklaġġ. Il-kumpanija, magħrufa ma’ ħafna bħala Yellow Pages, ilha tiġbor edizzjonijiet antiki tad-direttorju kull ħarifa sa mill-1999.
Grazzi għall-koperazzjoni mill-pubbliku Malti u Għawdxi, il-kumpanija tiġbor medja ta’ 65,000 direttorju użat kull sena li jintbagħtu barra minn Malta għar-riċiklaġġ. Sa issa matul is-snin inġabru total ta’ 945,000 direttorju li jissarrfu f’madwar 1,200 tunnellata ta’ karti mhux mormija bħala skart f’Malta u Għawdex.
Il-pubbliku jista’ jħalli d-direttorji l-antiki fuq l-għatba tal-bieb biex jinġabru meta tkun qed titqassam l-edizzjoni l-ġdida tad-direttorju skont kif avżat fil-flyers li se jintbagħtu f’kull dar.
//= $special ?>