Żagħżugħ ta’ 22 sena mill-Polonja jinstab f’kundizzjoni kritika wara li soffra ġrieħi serji f’inċident li seħħ illum f’San Lawrenz f’Għawdex għal ħabta ta’ nofs in-nhar neqsin kwart.
L-inċident seħħ hekk kif iż-żagħżugħ qabeż mit-Tieqa tad-Dwejra bil-vittma mill-ewwel jibda jgħajjat għal għajjut.
Huwa ttieħed l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex permezz ta’ ambulanza.
Il-Maġistrat ta’ l-Għassa ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh fl-inkjesta.
//= $special ?>