Sport

Aloysians jirbħu ż-żewġ kompetizzjonijiet

Aloysians huma r-rebbieħa tat-Tazza Indipendenza kemm tal-irġiel kif ukoll tan-nisa f’attivitajiet organizzati minn Tim Sport PN flimkien mal-Malta Handball Association. Il-logħob ntlagħbu kollha ġewwa l-iSports Hall tal-Universita’.

Fil-kompetizzjoni tal-Irġiel ħadu sehem sitt timijiet (Aloysians, HMS, Kavallieri, La Salle, Luxol u Phoenix) li nqasmu f’żewġ gruppi. Aloysians u Luxol rebħu l-gruppi tagħhom b’punti massimi biex ikkontestaw il-finali li fiha Aloysians ħarġu rebbieħa 8-6.

Minn naħa l-oħra fil-kompetizzjoni tan-nisa, il-ħames timijiet tan-nisa (Aloysians, Kavallieri, La Salle, Luxol u Phoenix) lagħbu rawnd bejniethom b’Aloysians jispiċċaw l-ewwel bl-akbar ammont ta’ punti wara li rebħu l-erba’ partiti tagħhom bl-aħħar logħba tagħhom tkun l-aktar missielta u dik deċiżiva meta għelbu 7-5 lill-eqreb sfidanti għall-unur Kavallieri.

Wara l-aħħar logħob, ġew preżentati t-trofew lir-rebbieħa mill-kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Isports l-Onorevoli David Agius.

Grupp A
HMS vs Kavallieri 2-7
Kavallieri RS2 vs Aloysians 5-7
Aloysians vs HMS 8-6
Grupp B
La Salle vs Swieqi Phoenix 13-2
Swieqi Phoenix vs Luxol H.C 4-9
Luxol H.C vs La Salle 10-6

5-6 Post
HMS vs Swieqi Phoenix 7-4
3-4 post
Kavallieri RS2 vs La Salle 8-9
Finali
Aloysians vs Luxol H.C 8-6

Ir-riżultati tal-logħob kollu tan-nisa:
Luxol H.C vs Swieqi Phoenix 1-4
La Salle vs Aloysians 5-9
Kavallieri RS2 vs La Salle 8-5
Aloysians vs Luxol H.C 6-2
Aloysians vs Swieqi Phoenix 7-0
Kavallieri RS2 vs Luxol H.C 11-4
Luxol H.C vs La Salle 5-11
Swieqi Phoenix vs Kavallieri RS2 1-10
Kavallieri RS2 vs Aloysians 5-7
La Salle vs Swieqi Phoenix 7-4